*Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE ta' 28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud

 
FREE EXCERPT

11.12.2006 MT Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea 1

I

(Atti li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja)

DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2006/112/KE

ta' 28 ta' Novembru 2006

dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,u b'mod partikolari l-Artikolu 93 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u SoċjaliEwropew,

Billi:

(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta' Mejju 1977fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwartaxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta' taxxa fuqil-valur miżjud: bażi uniformi ta' valutazzjoni (1) ġiet

emendata b'mod sostanzjali f'bosta okkażjonijiet. Flokkażjoni ta' emendi ġodda tad-Direttiva msemmija, jeħtieġli fl-interess taċ-ċarezza u tar-razzjonalità, dik id-Direttivatitfassal mill-ġdid.

(2) It-test imfassal mill-ġdid għandu jinkorpora fih id-disposizzjonijiet kollha li għadhom applikabbli tad-Direttiva talKunsill 67/227/KEE tal-11 ta' April 1967 fuq l-armonizzazzjoni tal-leġislazzjoni ta' l-Istati Membri dwar it-taxxi fuq ilbejgħ (2). B'hekk, dik id-Direttiva għandha titħassar.

(3) Biex ikun żgurat li d-disposizzjonijiet jiġu ppreżentatib'mod ċar u razzjonali, b'mod konsistenti mal-prinċipju ta'regolamentazzjoni aħjar, huwa xieraq li l-istruttura u lformulazzjoni tad-Direttiva jitfasslu mill-ġdid għalkemm filprinċipju dan mhux ser iġib tibdil fil-leġislazzjoni eżistenti.Numru żgħir ta' emendi sostantivi huma madankolluinerenti għall-eżerċizzju ta' tfassil mill-ġdid u għandhommadankollu jsiru. Fejn isiru tali tibdiliet, dawn humaelenkati b'mod eżawrjenti fid-disposizzjonijiet li jirregolawit-traspożizzjoni u d-dħul fis-seħħ.

(4) L-ilħuq ta' l-għan li jiġi stabbilit suq intern jassumi lapplikazzjoni fl-Istati Membri ta' leġislazzjoni dwar it-taxxifuq il-bejgħ li ma tħarbatx il-kondizzjonijet tal-

kompetizzjoni jew ma xxekkilx iċ-ċaqliq ħieles tal-merkanzija u s-servizzi. Għalhekk hu meħtieġ li tintlaħaq din larmonizazzjoni tal-leġislazzjoni dwar it-taxxi fuq il-bejgħpermezz ta' sistema ta' taxxa fuq il-valur miżjud (VAT), ligħandha telimina, sa fejn hu possibli, fatturi li jistgħu jtelful-kondizzjonijet ta' kompetizzjoni, kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll fuq livell tal-Komunità.

(5) Sistema ta' VAT tikseb l-ogħla livell ta' sempliċità u ta'newtralità meta t-taxxa hi mħaddma f'manjiera ġeneralikemm jista' jkun u meta tkun tkopri l-istadji kollha talproduzzjoni u d-distribuzzjoni, kif ukoll il-provvista ta'servizzi. Hu għalhekk fl-interess tas-suq intern u ta' l-IstatiMembri li jadottaw sistema komuni li tapplika wkoll għallkummerċ bl-imnut.

(6) Hu meħtieġ li l-progress isir fi stadji, minħabba li larmonizazzjoni tat-taxxi fuq il-bejgħ twassal għal tibdil flistruttura tat-taxxa fl-Istati Membri u konsegwenzi notevolifl-oqsma ta' l-estimi, ekonomiċi u soċjali.

(7) Is-sistema komuni ta' VAT għandha twassal, anki jekk ir-ratiu l-eżenzjonijiet ma jkunux armonizzati b'mod sħiħ, għalnewtralità fil-kompetizzjoni, b'mod li fit-territorju ta' kullpajjiż merkanzija u servizzi simili jġorru l-istess piż ta'taxxa, hu x'inhu t-tul tal-produzzjoni u l-katina taddistribuzzjoni.

(8) Skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/597/KE, Euratom, tad-29 ta' Settembru 2000 dwar is-sistema ta' riżorsi tagħhomtal-Komunitajiet Ewopej (3), il-budget tal-KomunitajietEwropej, irrispettivament minn dħul ieħor, għandu jkuniffinanzjat kompletament mir-riżorsi tal-Komunitajiet infushom. Dawk ir-riżorsi għandhom jinkludu dawk li jidħlumill-VAT u miksuba permezz ta' l-applikazzjoni ta' ratakomuni ta' taxxa għal bażi ta' valutazzjoni stabbilita b'moduniformi u skond regoli tal-Komunità.

(9) Hu vitali li jkun hemm perijodu transitorju biex liġijietnazzjonali f'oqsma partikolari jiġu adattati gradwalment

(1) ĠU L 145, 13.6.1977, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bidDirettiva 2006/98/KE (ĠU 221, 12.8.2006, p. 9).(2) ĠU 71, 14.4.1967, p. 1301. Direttiva kif emendata l-aħħar bidDirettiva 69/463/KEE (ĠU L 320, 20.12.1969, p. 34). (3) ĠU L 253, 7.10.2000, p. 42.

2 MT Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea 11.12.2006

(10) Għal dan iż-żmien transitorju, transazzjonijiet intra-Komunitarji li jsiru minn persuni taxxabbli li mhumiex eżentigħandhom ikunu intaxxati fl-Istat Membru tad-destinazzjoni, skond ir-rati u l-kondizzjonijiet stabbiliti minn dak lIstat Membru.

(11) Hu wkoll xieraq li, matul dak iż-żmien transitorju,akkwisizzjonijiet intra-Komunitarji ta' ċertu valur, magħ-mula minn persuni eżenti jew minn persuni legali limhumiex taxxabbli, xi bejgħ b'distanza intra-Komunitarjuu l-provvista ta' mezzi ta' trasport ġodda lil individwi jewkorpi mhux taxxabbli jew eżenti għandhom ukoll ikununtaxxati fl-Istat Membru ta' destinazzjoni, skond ir-rati u lkondizzjonijiet ta' dak l-Istat Membru, sakemm transazzjonijiet ta' dak it-tip, fin-nuqqas ta' provvedimenti speċjali,jistgħu jġibu distorsjoni konsiderevoli fil-kompetizzjonibejn Stati Membri.

(12) Għal raġunijiet konnessi mas-sitwazzjoni ġeografika, ekonomika u soċjali tagħhom, ċerti territorji għandhomjitħallew barra mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din idDirettiva.

(13) Sabiex titjieb in-natura non-diskriminatorja tat-taxxa, il-frażi "persuna taxxabbli" għandha tkun definita b'tali mod lil-Istati Membri jkunu jistgħu jużawha biex tolqot persuni lijagħmlu ċerti transazzjonijiet kultant żmien.

(14) Il-frażi "transazzjonijiet taxxabbli" tista' twassal għaldiffikultajiet, b'mod partikolari dwar transazzjonijiet meqjusa bħala transazzjonijiet taxxabbli. Dawk il-kunċettigħandhom għalhekk jiġu ċċarati.

(15) Biex jitħaffef il-kummerċ intra-Komunitarju fix-xogħol fuqil-proprjetà mobbli tanġibbli, hu xieraq li jiġu stabbiliti larranġamenti tat-taxxi applikabli għal tali transazzjonijietmeta huma magħmula għal konsumatur li hu idenifikatgħall-finijiet tal-VAT fi Stat Membru barra minn dak li fih ittransazzjoni qed titwettaq fiżikament.

(16) Operazzjoni ta' trasport fit-territorju ta' Stat Membrugħandha tkun trattata bħala t-trasport intra-Komunitarjuta' merkanzija fejn hija direttament konnessa ma' operazzjoni tat-trasport imwettqa bejn l-Istati Membri, biextissimplifika mhux biss il-prinċipji u l-arranġamenti għattassazzjoni ta' dawk is-servizzi tat-trasport domestikuimma wkoll ir-regoli applikabbli għas-servizzi anċillariu għas-servizzi pprovduti mill-intermedjarji li jieħdu sehemfil-provvista tad-diversi servizzi.

(17) L-istabbiliment tal-post minn fejn jitwettqu transazzjonijiettaxxabbli jista' jwassal għal kunflitti dwar ġurisdizzjoni bejnStati Membri, partikolarment dwar provvisti ta' merkanzijali jeħtiġilhom ikunu mmuntati jew dwar il-provvista ta'servizzi. Għalkemm il-post fejn titwettaq il-provvista ta'servizzi għandu fil-prinċipju jiġi stabbilit bħala l-post fejnil-fornitur ikollu l-post prinċipali tan-negozju tiegħu, dangħandu jfisser li hu l-Istat Membru tal-konsumatur,partikolarment fil-każ ta' ċerti servizzi mogħtija bejnpersuni taxxabbli fejn l-ispiża tas-servizzi hija inkluża filprezz tal-merkanzija.

(18) Hu meħtieġ li tiġi ċċarata d-definizzjoni tal-post fejn issir ittassazzjoni ta' ċerti transazzjonijiet imwettqa abbord ta'vapuri, ajruplani jew ferroviji matul it-trasport ta' passiġġieri ġewwa l-Komunità.

(19) L-elettriku u l-gass huma ttrattati bħala merkanzija għallfinijiet ta' VAT. Madankollu, huwa partikolarment diffiċli lijiġi stabbilit il-post tal-provvista. Sabiex tiġi evitata tassazzjoni doppja jew nuqqas ta' tassazzjoni u biex jintlaħaq suqintern ġenwin tal-gass u ta' l-elettriku mingħajr restrizzjonijiet marbuta mas-sistema ta' VAT, il-post ta' provvistatal-gass permezz tas-sistema distributorja tal-gass naturali,jew ta' l-elettriku, qabel ma l-merkanzija tasal sa l-istadjufinali tal-konsum, għandu għalhekk ikun il-post fejn ilkonsumatur stabbilixxa n-negozju tiegħu. Il-provvista ta' lelettriku u l-gass fil-fażi finali, jiġifieri, mingħand negozjantiu distributuri għall-konsumatur finali, għandha tiġi ntaxxata fil-post fejn il-konsumatur effettivament juża u jikkonsma l-merkanzija.

(20) Fil-każ tal-kera ta' proprjetà mobbli tanġibbli, l-applikazzjoni tar-regola ġenerali li provvisti ta' servizzi humantaxxati fl-Istat Membru li fih ikun stabbilit il-fornitur tista'jwassal għal distorsjoni sostanzjali tal-kompetizzjoni jekkmin jagħti b'kera u min jikri huma stabbiliti fi Stati Membridifferenti u r-rati ta' taxxa f'dawk l-Istati jvarjaw minnxulxin. Huwa għaldaqstant meħtieġ li jiġi stabbilit illi l-postta' provvista ta' servizz hu l-post fejn il-konsumatur ikunwaqqaf il-kummerċ tiegħu jew ikollu stabbiliment fiss illigħalih is-servizz ikun ingħata jew, fin-nuqqas ta' dan, il-postfejn għandu indirizz permanenti jew fein normalment huresidenti.

(21) Madankollu, f'dak li għandu x'jaqsam mal-kiri ta' mezzi tattrasport, hu xieraq, għal raġunijiet ta' kontroll, li tiġiapplikata b'mod strett ir-regola ġenerali, u b'hekk li l-postfejn il-fornitur stabbilixxa l-kummerċ tiegħu jiġi kkunsidratbħala l-post tal-provvista.

(22) Is-servizzi kollha tat-telekomunikazzjoni użati ġewwa l-Komunità għandhom jiġu ntaxxati sabiex jipprevjenu ddistorsjoni tal-kompetizzjoni f'dan il-qasam. Għal dak lgħan, is-servizzi tat-telekomunikazzjoni ipprovduti lilpersuni taxxabbli stabbiliti fil-Komunità jew lil konsumaturistabbiliti f'pajjiżi terzi għandhom, bħala prinċipju, jiġuntaxxati fil-post fejn hu stabbilit il-konsumatur tas-servizzi.Sabiex tiġi żgurata t-tassazzjoni uniformi tas-servizzi tattelekomunikazzjoni li huma pprovduti minn persunitaxxabbli stabbiliti stabbiliti f'territorji terzi jew f'pajjiżiterzi lil persuni mhux taxxabbli stabbiliti fil-Komunità u lihuma effettivament użati u mgawdija fil-Komunità, l-IstatiMembri għandhom, madankollu, jipprovdu li l-post talprovvista jkun fil-Komunità.

(23) Biex tiġi impedita wkoll id-distorsjoni tal-kompetizzjoni, isservizzi tax-xandir bir-radju u bit-televiżjoni u servizzipprovduti...

To continue reading

REQUEST YOUR TRIAL