OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tas-17 ta' Marzu 2016 dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta jiġu offruti titoli lill-pubbliku jew meta dawn jiġu ammessi għall-kummerċ (CON/2016/15)

 
FREE EXCERPT

2.6.2016    MT Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 195/1

Fit-8 ta' Marzu 2016, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mingħand il-Kunsill għal opinjoni dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta jiġu offruti titoli lill-pubbliku jew meta dawn jiġu ammessi għall-kummerċ (1) (iktar 'il quddiem ir-“regolament propost”).

Il-kompetenza tal-BĊE biex jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikoli 127(4) u 282(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea billi r-regolament propost fih dispożizzjonijiet li jaffettwaw il-kompiti tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) biex timplimenta l-politika monetarja u biex tikkontribwixxi għat-tmexxija bla xkiel tal-politiki segwiti mill-awtoritajiet kompetenti relatati mal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, kif imsemmi fl-Artikoli 127(2), l-ewwel inċiż, u 127(5) tat-Trattat. B'mod konformi mal-ewwel sentenza tal-Artikolu 17.5 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.

L-objettiv ewlieni tar-regolament propost, li għandu jħassar id-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), huwa li jissimplifika r-regoli eżistenti għall-abbozzar, l-approvazzjoni u d-distribuzzjoni ta' prospetti u b'hekk inaqqas l-ispejjeż u l-piżijiet assoċjati mal-produzzjoni tagħhom. B'mod aktar speċifiku, ir-regolament propost ser jistabbilixxi rekwiżiti dwar żvelar li huma adattati għall-ħtiġijiet speċifiċi ta' emittent u ser jiffaċilita l-kapaċità tal-kumpaniji, b'mod partikolari dawk żgħar u ta' daqs medju, li jiġbru kapital madwar l-Ewropa. Barra minn hekk, ir-regolament propost jimmira li jnaqqas regoli diverġenti u frammentati madwar l-Unjoni li jirriżultaw mill-implimentazzjoni eteroġenja tad-Direttiva 2003/71/KE f'xi Stati Membri. Il-BĊE ġeneralment jilqa' u jappoġġa l-għanijiet segwiti mir-regolament propost u jarah bħala pass pożittiv lejn it-tlestija tal-Unjoni tas-Swieq tal-Kapital (USK).

Il-BĊE jilqa' l-fatt li titoli mhux fil-forma ta' ekwità maħruġa mill-BĊE u minn BĊNi tas-SEBĊ huma esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tar-regolament propost (3). Din l-esklużjoni hija vitali sabiex tiżgura li l-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema ma jiġux imfixkla, pereżempju, minn xi ħruġ ta' strumenti ta' dejn mill-BĊE u l-BĊNi tas-SEBĊ. Il-BĊE jilqa' wkoll l-eżenzjoni għall-ishma fil-kapital tal-BĊNi tas-SEBĊ (4), li hija ta' relevanza diretta għal dawk il-BĊNi b'ishma li huma miżmuma minn investituri privati u/jew huma elenkati f'suq irregolat jew xi post ieħor ta' negozju.

Ir-regolament propost jimmira li jiżgura protezzjoni tal-investitur u effiċjenza tas-suq waqt li jtejjeb is-suq uniku għall-kapital (5). Għal dak il-għan, l-informazzjoni li titpoġġa għad-dispożizzjoni tal-investituri għandha tkun “suffiċjenti u oġġettiva” u għandha tiġi ppreżentata “b'mod li tkun tista' tiġi analizzata faċilment, konċiża u tinftiehem sew” (6). Din l-informazzjoni għandha tinkludi identifikaturi uniċi kemm għat-titolu kif ukoll għall-emittent. Kif intqal f'okkażjonijiet preċedenti (7), il-BĊE jappoġġa bis-saħħa l-użu ta' standards miftiehma internazzjonalment, bħall-ISIN u l-LEI globali. L-identifikazzjoni unika ta' emittenti, offerenti u garanti u ta' titoli offruti lill-pubbliku jew ammessi għall-kummerċ fi swieq finanzjarji rregolati tista' tirnexxi biss jekk jintużaw standards internazzjonali bħal-LEI globali u l-ISIN.

L-ewwel nett, l-ISIN, li jidentifika b'mod uniku ħruġ ta' titoli, huwa identifikatur stabbilit sew li jintuża b'mod estensiv fis-swieq finanzjarji. In-neċessità ta' identifikatur uniku għat-titoli hija...

To continue reading

REQUEST YOUR TRIAL